Internazzjonali

Elezzjoni inċerta għall-aħħar fl-Awstralja

Il-mexxejja politiċi tal-Awstralja, għamlu l-aħħar appelli lill-elettorat f’lejliet l-elezzjonijiet għall-Parlament. Dan meta l-istħarriġ qed jindika riżultat inċert għall-aħħar, anki jekk l-istampa lokali tidher li qed tiffavorixxi lill-Prim Ministru ‘riformista’ Awstraljan, Malcolm Turnbull.
Turnbull, Liberali, u tal-Kap tal-Oppożizzjoni Laburista, Bill Shorten, temmew l-impenni politiċi f’Sydney.
Hemm possibbilta li l-vot iwassal għal Parlament fejn l-ebda partit ma jkollu maġġoranza ta’ siġġijiet fil-kamra t’isfel tal-Assemblea, jew, bħalma jsejħulu, hung parliament.