Lokali Sport Sport Ieħor

Illejla tiftaħ il-Konferenza Nazzjonali dwar l-Isport organizzata mill-PN

Kollox lest fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista biex illejla jingħata bidu għall-Konferenza Nazzjonali dwar l-Isport, bit-tema “Insaħħu l-Kultura Sportiva f’Pajjiżna”.

Il-Konferenza se titratta numru ta’ suġġetti, fosthom dwar l-edukazzjoni fl-isport, l-isport għall-anzjani, iż-żgħażagħ u l-persuni b’diżabbiltà, l-isport bħala stil ta’ ħajja b’saħħitha u anke l-isport professjonali.

Illejla wkoll tiftaħ esibizzjoni ta’ memorabilia tal-isport, li fiha se jkun hemm oġġetti ta’ prestiġġju kbir: memorabilja li tinsab f’idejn kollezzjonisti Maltin.

Il-Konferenza tasal fi tmiemha l-Ħadd, b’ċerimonja ta’ rikonoxximent sportiv u b’diskors mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.

TimSportPN Memorabilia 2 010716