Internazzjonali

Jitħassar ir-riżultat tal-elezzjoni Presidenzjali fl-Awstrija

Il_Qorti Kostituzzjonali fl-Awstrija ħassret ir-riżultat tal-elezzjoni Presidenzjali. Elezzjoni li kienet intilfet għal ftit voti minn kandidat estremista tal-lemin.
Il-kawża kienet infetħet mill-Partit tal-Liberta, il-partit estremista tal-lemin, wara li sostniet li kienu saru diversi irregolaritajiet b’rabta mal-voti li ntbagħtu bil-posta u li kienu jħollu u jorbtu r-riżultat.
Il-kandidat tal-Partit tal-Liberta Norbert Hofer tilef l-elezzjoni għal anqas minn punt perċentwali fil-konfront tal-kandidat tal-Ħodor Alexander Van der Bellen.