Kultura Lokali

Spettaklu pirotekniku b’differenza f’Ħal Luqa

Kif qed issir drawwa lejlet il-festi fl-ibliet u fl-irħula madwar Malta u Għawdex, qed insibu spettakli ta’ logħob tan-nar tal-ajru li jkunu b’elementi nnovattivi. Din is-sena f’Ħal Luqa hemm element partikolari. Torri bin-nar u li miegħu iżda hemm imqabbad ċirku b’dijametru ta’ erbgħin pied li se jkun qed joffri spettaklu b’differenza.

Dan iċ-ċirku għandu elementi varji ta’ effetti pirotekniċi.

L-Ispettaklu li jibda għall-ħabta tad-disgħa jinkludi kemm nar sinkronizzat mal-mużika imma wkoll nar tradizzjonali.

B’kollox l-ispettakli ta’ nar sinkronizzat se jkun qed idum 23 minuta.