Tibda t-tmien edizzjoni tal-maratona ta’ 53 siegħa volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi bejn l-1 u t-3 ta’ Lulju.
Maratona li matulha jinġabru fondi biex id-Dar tal-Providenza tkompli twettaq il-ħidma impenjattiva tagħha favur il-persuni b’diżabbilta li huma residenti fiha.
Il-maratona infetħet mill-President ta’ Malta Marie Louis Coleiro Preca li tkellmet dwar il-ħidma indispensabbli li twettaq id-Dar tal-Providenza. Biex din il-maratona tkun suċċess, jipparteċipaw 300 voluntier flimkien ma’ 40 player li jinqasmu f’ħames timijiet.
L-ispejjeż tad-Dar tal-Providenza huma kbar tant li din teħtieġ €4 miljun biex tibqa għaddejja twettaq il-proġetti. Bħalissa fid-Dar tal-Providenza hemm 110 resident filwaqt li fil-futur immedjat id-Dar tal-Providenza se tkun qed tiftaħ dar oħra fil-komunita, fil-Balluta.
Tul it-53 siegħa ta’ maratona fis-Siġġiewi se jkun hemm diversi attivitajiet għall-familja kollha fosthom divertiment mużikali u stands tal-ikel. Dan filwaqt li fl-istess żona tkun għaddejja l-maratona.
//= $special ?>