Kien konfermat li 20 ostaġġ mill-Italja, Ġappun u Sri Lanka inqatlu f’kafeterija fil-belt kapitali tal-Bangladesh, Dhaka wara sitwazzjoni ta’ ħtif minn terroristi armati.
Il-Prim Ministru tal-Bangladesh iddeskriva dan l-attakk bħala wieħed atroċi. Sostna li l-gvern tiegħu determinat jiġġieled kontra t-terroriżmu fil-pajjiż.
Il-Kap tal-Armata qal li kienu salvati 13-il persuna minn dawk li kienu qed jinżammu bħala ostaġġi.
//= $special ?>