Lokali

Ġlieda bejn 5 persuni f’Ħad-Dingli – raġel jittieħed l-isptar

Ftit tal-ħin ilu, fi Triq il-Għajn f’Ħad-Dingli seħħet ġlieda li fiha kienu nvoluta ħames persuni, fosthom mara barranija.

Allegatament żewġ t’irġiel minnhom taw daqqiet b’oġġett iebes u t-tnejn li huma spiċċaw feruti mal-art.

Wieħed mill-irġiel, Rumen ta’ 33 sena ddaħħal l-isptar minħabba li kien qed isoffri minn ġrieħi. Sa issa għad mhux magħrufa l-kundizzjoni tiegħu.

Aktar informazzjoni kif taslilna …

13582242_10154324749212658_785943533_o

13548710_10154324749152658_570206862_o