Lokali

Pulumbo jixtri tarzna f’Ancona

Il-Grupp Palumbo, li jopera t-tarzna ta’ Bormla, xtara tarzna f’Ancona, l-Italja. Il-Grupp ħabbar li permezz ta’ dan l-investiment, issa jista’ jittripplika l-bini ta’ ‘superyachts’ ta’ lussu.

It-Tarzna f’Ancona kienet mifnija bi djun kbar u nxtrat għall-€11-il miljun. Fi stqarrija l-Grupp Palumbo qal li kien ilu jżomm għajnejh fuq din it-Tarzna.

Ix-xiri ta’ din it-tarzna storika huwa opportunita kbira għall-Grupp Palumbo, u permezz tiegħu ġie salvat l-impjieg ta’ aktar minn mitt ħaddiem.

Il-Grupp Palumbo jopera wkoll tarzni oħra f’Napli,Marsillja u Santa Cruz f’Tenerife.

Fi stqarrija l-grupp Palumbo qal li bit-tarzna f’Ancona, issa se jkun jista’ jibni tlieta jew erba’ yachts lussużi kbar fl-istess ħin, waqt li sal-lum setgħu jibnu yacht wieħed biss fit-Tarzna ta’ Napli.