Lokali

Tifla ta’ 8 snin feruta f’inċident tat-traffiku

Tifla ta’ 8 snin u missierha ta’ 41 sena tittieħdu l-isptar Mater Dei għall-kura, wara li kienu involuti f’inċident tat-traffiku li fih it-tifla kienet passiġiera. L-inċident seħħ fil-bypass tal-Imġarr.

Għall-ħabta tal-11.30am, seħħ inċident tat-traffiku bejn trakk tal-ġebel u karozza tat-tip Toyota Vitz. Fl-istess karozza involuta, kien hemm żewġt itfal. Mal-ewwel fuq il-post ġew membri tal-Protezzjoni Ċivili, u ambulanza ħadet lit-tifla lejn l-isptar.

It-tifla ta’ 8 snin sofriet ġrieħi ħfief, filwaqt li l-kundizzjoni tal-missieri għadha mhix magħrufa

It-triq għamlet xi ħin magħluqa għat-traffiku.

13570046_10154268593783582_947921488_o