Illum kompliet il-Maratona tal-Volleyball b’risq id-Dar tal-Providenza.
40 plejer qed jilagħbu voleyball bla waqfien għal 53 siegħa sabiex jinġabru fondi għad-Dar tal-Providenza.
Illum wara nofsinhar żar il-Maratona il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil. Hu ntlaqa’ mid-Direttur tad-Dar tal-Providenza Fr Martin Micallef u kellu wkoll l-okkazjoni li jiltaqa’ mal-plejers u l-voluntieri li kien qed jaħdmu u jilagħbu taħt xemx tiżreġ.
Id-Dar tal-Providenza twaqqfet 51 sena ilu u llum il-ġurnata għandha bżonn mat-3 miljun ewro u nofs fis-sena biex tħaddem il-ħamest’idjar residenzjali. B’kollox hemm 400 persuna li jagħtu sehemhom fid-Dar tal-Providenza, b’madwar nofshom ikunu impjegati u l-kumplament huma voluntieri.
Il-Maratona tal-Volleyball tiġi fi tmiemha f’nofsillejl tat-Tnejn.
//= $special ?>