Qarrej ta’ NETnews.com.mt bagħat dan il-filmat biex jappella għal aktar attenzjoni mill-Pulizija fis-sewqan tagħhom. Fil-filmat, tidher karozza tal-Pulizija tinstaq mingħajr dwal mixgħulin fil-mina li tagħti lejn il-Kappara.
Fix-xhur li għaddew kien hemm numru ta’ ilmenti minn sewwieqa Maltin għal fatt li l-gwardjani lokali kienu qed imorru jistennew barra l-mini biex jagħtu ċ-ċitazzjonijiet lis-sewwieqa li jkunu ħarġu mill-mini mingħajr dawl mixgħul.
Intant, lejn l-aħħar tal-filmat t’hawn taħt, jekk wieħed jifli sew, jinnota wkoll li x-xufier tal-karozza kien qed iżomm mobile f’idu.
Il-filmat mibgħut mill-qarrej ta’ NETnews.com.mt kien rekordjat minn kamera mwaħħla mal-karozza.
//= $special ?>