Ħaddiem li kien qed jagħmel xi xogħol f’residenza, weġġa’ wara li ntlaqat minn ħajt tal-konkos li għal xi raġuni ċeda. Fortunatament ma jinsabx f’qagħda kritika.
L-inċident seħħ f’residenza fi Triq Zekka fil-Belt Valletta għall-ħabta ta’ nofsinhar neqsin għoxrin. Il-ħaddiem, li għandu 47 sena, hu mill-Maċedonja iżda residenti l-Gżira.
Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura fejn irriżulta li ma jinsabx f’qagħda kritika – għalkemm il-kundizzjoni medika tiegħu għad trid tkun stabbilita.
Il-Pulizija qed jinvestigaw l-inċident.
//= $special ?>