Lokali Qorti

Il-Qorti wara li serqet flus mid-dar ta’ min kien jimpjegaha

Filippina ta’ 35 sena li taħdem bħala ‘house keeper’ ingħatat sentenza ta’ sentejn ħabs sospiża għal tliet snin wara li ammettiet li serqet €550 mid-dar ta’ min kien jimpjegaha.

Il-qorti semgħet kif il-mara kienet diġa ħallset lura €50 u għalhekk il-Qorti ordnat biex il-mara tħallas kollox lura fi żmien sitt xhur.

Għall-akkużata deher l-avukat tal-Għajnuna Legali Joseph Ellis.