Lokali

Iweġġa’ wara li jaqa’ f’gandott bil-karozza

Raġel ta’ 34 sena minn Bormla weġġa’ gravi wara li waqa’ bil-karozza li kien qed isuq f’gandott.

L-inċident seħħ fi Triq Santa Duminka f’Ħaż-Żabbar għall-ħabta tas-sagħtejn neqsin għoxrin ta’ waranofsinhar, meta l-Pulizija kienu infurmati bl-inċident.

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn irriżulta li r-raġel kien qed isuq vettura tat-tip Kia Avella meta għal xi raġuni waqa’ f’gandott.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei għall-kura fejn hemmek kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi iżda mhux fil-periklu tal-mewt. L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.