Kull darba li l-Partit Nazzjonalista jikritika lil Joseph Muscat, jagħmel dan għaliex iħobb lil Malta u ma jridx jibqa’ jħalli isem Malta jiġi mtappan kif tappnu Joseph Muscat bl-iskandlu tal-kumpaniji sigrieti fil-Panama taċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri u tal-Ministru Konrad Mizzi.
Il-Partit Nazzjonalista qal dan fi stqarrija li fiha tenna li l-PN ħadem u stinka biex pajjiżna jkollu reputazzjoni mill-aqwa madwar id-dinja. Madanakollu, fi tliet snin, Muscat ħammeġ din ir-reputazzjoni bi skandli ta’ korruzzjoni wieħed wara l-ieħor. Ir-reputazzjoni titħammeġ bil-korruzzjoni, u mhux b’min jiġġieled il-korruzzjoni.
Joseph Muscat għandu jagħraf li hu mhux Malta. Malta hi tal-poplu Malti u Għawdxi, temm jgħid il-Partit Nazzjonalista.