Internazzjonali

Luttu għall-mewt ta’ Michael Cimino ta’ ‘The Deer Hunter’

epa05404846 (FILE) A file picture dated 09 August 2015 shows US film director Michael Cimino blowing a kiss at the Piazza Grande where he received the honorary prize 'Pardo d'onore Award' at the 68th Locarno International Film Festival, in Locarno, Switzerland. According to media reports quoting his former lawyer, Cimino, best known for directing, producing and co-writing the award-winning epic war drama film 'The Deer Hunter,' has died at the age of 77 on 02 July 2016 in Los Angeles, California, USA. EPA/URS FLUEELER

Tħabbret il-mewt tad-direttur tal-films Michael Cimino.
Cimino kien kiseb fama internazzjonali bil-film tiegħu tal-1978, ‘The Deer Hunter’. Film li jitqies li kien fost l-aqwa li qatt ħarġu minn Hollywood u li bih kien rebaħ ħames Oscars. Film li kien ittratta l-gwerra tal-Vjetnam.
Hu nstab mejjet fir-residenza tiegħu f’Los Angeles. Kellu 77 sena imma l-kawża tal-mewt għadha mhux magħrufa.
Tul il-karriera tiegħu hu ħadem tmien films li qatt ma rnexxielhom jilħqu l-livell ta’ ‘Deer Hunter’. Fost il-films li dderieġa Cimino kien hemm ‘Heaven’s Gate’, li kien kważi falla lill-United Artists, kif ukoll ‘Thunderbolt and Lightfoot’, ‘Desperate Hours’ u ‘The Sicilian’.