Lokali Unjoni Ewropea

Muscat jinjora proposta tal-eks-Kummissarju Ewropew Joe Borg

“Wara li bgħatt id-dokument lill-Gvern, ma smajt xejn iżjed” – Joe Borg

Mill-gazzetta il-mument

Il-Prim Ministru Joseph Muscat injora proposta tal-eks-Kummissarju Ewropew Joe Borg biex titwaqqaf ‘cross party task force’ b’rabta mal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea.

Dan ħareġ minn intervista li l-gazzetta il-mument għamlet ma’ Joe Borg innifsu li sostna kif wara li bagħat dokument lill-Gvern, baqa’ ma sema xejn iżjed.

Fil-jiem li għaddew, fil-Parlament, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil appella lill-Prim Ministru jattwa l-proposta tal-eks-Kummissarju Ewropew Joe Borg, lill-Gvern ta’ Joseph Muscat, fuq talba tiegħu stess, għat-twaqqif ta’ ‘cross party task force’ dwar il-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea, iżda jidher li s’issa ma kien hemm l-ebda reazzjoni mill-Gvern.

L-intervista sħiħa tinsab fil-ħarġa tal-lum ta’ il-mument.