Żagħżugħ Ingliż ta’ tmintax-il sena tressaq quddiem il-Qorti akkużat li weġġa’ ħafif surġent tal-Pulizija, irreżista l-arrest u kkawża ħsarat li jammontaw għal madwar €200.
Kollox seħħ meta xi sewwieqa ta’ taxis informaw lill-pulizija li kienet qed iseħħ ġlieda bejn erba’ persuni u meta waslu l-pulizija u saqsewh biex jippreżenta dokumentazzjoni hu ħarab mill-post.
Is-surġent Andrew St. John qabdu imma l-akkużat tah daqqa ta’ minkeb u reġa’ ħarab. Aktar tard kien arrestat mill-ġdid u reġa kien vjolenti fejn ikkawża ħsarat kemm fl-uniformi kif ukoll fuq arloġġ personali ta’ pulizija.
L-akkużat ammetta l-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u kien kkundannat 15-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin u mmultat €4,000 li jħallashom sa’ sentejn oħra. Il-Qorti ordnat li jħallas il-ħsarat b’mod immedjat.
Għall-akkużat deher l-avukat tal-għajnuna legali Joseph Ellis. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-ispettur Matthew Spagnol.
//= $special ?>