Tal-anqas 125 persuna nqatlu u aktar minn 150 oħra ndarbu fi splużjoni mill-ISIS fil-qalba ta’ Bagdad, il-kapitali tal-Iraq.
Il-massakru ta’ innoċenti seħħ permezz ta’ karozza bomba quddiem ċentru kummerċjali fiz-zona ta’ Karrada hekk kif in-nies kien u qed jinġabru fi tmiem is-sawm tar-Ramadan, b’ħafna mill-vittmi jkun rappurtat li kienu tfal.
Fil-post ipprova jmur il-Prim Ministru Iraqi Haider al-Abadi imma hu kellu jtemm iż-żjara ħesrem minħabba l-folla rrabjata li kien hemm.
Il-bomba ta’ Karrada qed titqies bħala l-agħar waħda din is-sena fl-Iraq. L-ewwel indikazzjonijiet huma li l-istraġi kienet ikkawżata minn trakk tal-friża li minn ġewwa kien mimli splussiv.
Stragi mill-ISIS fil-qalba ta’ Bagdad
