Tal-anqas 4 persuni mietu wara attakk minn terrorista fil-belt ta’ Medina, fl-Arabja Sawdija.
Fil-ħin tal-isplużjoni dawk preżenti kienu qegħdin waqt il-festa tar-Ramadan. Filmati juru karozza tisplodi u tieħu n-nar qalb dawk preżenti.
Skond rapporti internazzjonali jidher li l-isplużjoni kienet immirata għall-Shia Mosque. It-terrorista huwa fost dawk irrapurtati mejta.
Fuq il-post tal-inċident waslu diversi karozzi tal-pulizija kif ukoll ambulanzi.
Għadu mhux magħruf minn hu l-moħħ wara dan l-attakk terroristiku.
//= $special ?>