Lokali

Festa oħra ta’ solidarjeta’ – miġbura kważi nofs miljun!

Waqt il-Maratona tal-Volleyball fid-Dar tal-Providenza inġabret is-somma sabiħa ta’ €487,204. Il-Maratona bdiet il-Ġimgħa u waslet fi tmiemha f’nofs il-lejl tal-Ħadd.

Iżjed min 300 voluntier taw l-appoġġ tagħhom waqt din il-Maratona li rat 40 player jagħtu kollox biex jiġbru dawn il-fondi għad-Dar tal-Providenza. Parti mis-somma miġbura kienet tinkludi €260,005 miġbura waqt il-programm Xarabank li sar nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Ġunju.

Fr Martin Micallef irringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi tal-appoġġ li ta’ lid-Dar tal-Providenza. Hu sostna li l-ammont li nġabar hu xhieda ta’ kemm il-Maltin u Għawdxin għandhom għal qalbhom din id-Dar u rega’ wiegħed li ser jibqa’ jingħata l-aqwa servizz possibbli lir-residenti ta’ din id-Dar.