It-Tim Nazzjonali Malti tan-Nisa tal-basketball ilbieraħ għamel suċċess lil pajjiżna wara li rebaħ il-midalja tad-deheb f’tournament għall-pajjiżi ż-żgħar. Fil-Finali tal-kompetizzjoni, Malta għelbet lill-Irlanda 67-59.
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista feraħ lit-Tim Nazzjonali tan-Nisa tal-basketball għal dan is-suċċess prestiġġjuż. Il-Partit Nazzjonalista qal li dan hu eżempju ċar u konkret ta’ kif l-atleti u l-isportivi Maltin jagħmlu ġieħ kemm għalihom, fuq livell personali, iżda b’mod speċjali għal pajjiżna.
Hu għalhekk li l-Partit Nazzjonalista jrid ikompli jinvesti fl-isport u jassigura li dan ikun parti mill-ħajja ta’ kulħadd, temmet tgħid l-istqarrija.
Messaġġ ta’ awguri għal dan ir-riżultat wasal ukoll mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil.
//= $special ?>