Eritrean ta’ 25 sena ammetta li talli ma ngħatax servizz minn prostituta, ikkawża ħsarat fuq numru ta’ karozzi. Dan hekk kif iż-żagħżugħ irrabja talli ħallas €35 għal servizz li baqa’ ma ħax mingħand il-prostituta. Jirriżulta li hu kien taħt l-effett tal-alkoħol.
L-Eritrean ammetta l-akkużi miġjuba kontrieh, jiġifieri li kisser mera ta’ karozza u kkawża ħsarat fuq mutur. Qed ikun akkużat ukoll li kellu fil-pussess tiegħu reżina tal-kannabis. Hu ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq garanzija personali ta’ €1,000.
Is-sentenza ġiet diferita għall-20 ta’ Lulju.
//= $special ?>