L-Awtorita’ tal-Ippjanar tat permess kontroversjali għall-bini ta’ kamra tan-nar fil-limiti tal-Għarb. Il-case officer irrakkomanda li l-permess jingħata minkejja li s-sit propost hu art verġni barra miż-żona tal-iżvilupp u tinsab ftit bogħod fejn seħħew żewġ inċidenti fatali fl-2010 u l-2012 li ħallew 10 persuni mejta.
L-Applikazzjoni kellha oppożizzjoni qawwija, l-iktar minn sidien ta’ raba’ fl-inħawi. Il-Perit Carmel Cacopardo għan-nom tal-objectors, qal li r-rapport tal-case officer naqas milli jikkunsidra prinċipji ġenerali fosthom il-pjani lokali u s-sensittivita’ tal-pajsaġġ fl-inħawi.
Huma nnutaw ukoll li sar twessiegħ illegali tat-triq li tagħti għas-sit propost kif ukoll xogħolijiet illegali oħra bħal tħaffir u tqegħid ta’ konkrit.
Fl-2010, il-Kunsill Lokali tal-Għarb kien organizza referendum konsultattiv li fih, 60% tal-poopolazzjoni qalet li hi kontra li jinħarġu iktar permessi għal kmamar tan-nar.
Jingħata l-permess għall-bini ta’ kamra tan-nar fl-Għarb
