Raġel instab mejjet fuq jott madwar mil ‘l barra mix-xatt ta’ San Ġiljan. Dan hekk kif għal ħabta tas-1pm l-Forzi Armati ġew infurmati li kien hemm raġel mejjet fuq il-baħar. Mal-ewwel fuq il-baħar intbagħtet il-lanċa tal-Forzi Armati Melita 1 biex f’operazzjoni ta’ salvataġġ, tirmonka d-dgħajsa lejn Xatt it-Tiben.
Skont l-informazzjoni li waslet lil netnews.com.mt, ir-raġel li nstab mejjet hu ta’ nazzjonalita’ Għarbija.
Minkejja li l-ewwel reazzjoni kienet dik li l-każ hu relatat mal-qtil ta’ Eleanor Mangion Walker li nstabet mejta f’maħżen f’Ħal Qormi, l-informazzjoni li waslet lil netnews.com.mt hi li dawn huma żewġ każijiet separati.
Ritratt : John Zammit
//= $special ?>