Lokali

L-eks raġel tal-omm li nstabet maqtula f’Ħal-Qormi mfittex mill-Pulizija

Wara li nstabet mejta Eleanor Mangion Walker ta’ 33 sena mis-Swieqi, li nqatlet b’daqqiet f’rasha, il-Pulizija ħarġet avviż li qed tfittex lill-eks raġel tagħha biex jgħin fl-investigazzjonijiet. Ir-raġel huwa Andrew Mangion li għandu 40 sena.

Il-Pulizija appellat biex kull min għandu kwalunkwe` tip t’informazzjoni dwar din il-persuna huwa ġentilment mitlub jagħmel kuntatt mal-Pulizija, anke b’mod anonimu, permezz tan-numri 119/21 224001 jew dirett mal-Għassa tal-Ħal Qormi fuw in-numri 2294 2378/3151 jew 21446133.