L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ippubblikaw ċifri aġġornati dwar il-popolazzjoni Maltija sas-sena 2014. Dawn iċ-ċifri juru li f’Malta hawn popolazzjoni ta’ 429,344 li minnhom 6.4 fil-mija huma barranin filwaqt li kwart mill-popolazzjoni għandhom ‘il fuq minn 60 sena.
Interessanti iżda li għall-ewwel darba fl-istorja, f’pajjiżna hawn aktar irġiel milli nisa. L-irġiel f’pajjiżna jaqbżu lin-nisa b’madwar 130. Għalkemm xorta, in-nisa għandha aspettattivi akbar ta’ kemm jgħixu, li taqbeż l-84 sena.
Fl-2014, twieldu total ta’ 4,311-il tarbija filwaqt li mietu 3,270 persuna.
Iċ-ċifri tal-NSO juru li fl-2014 kien hemm 8,946 li immigraw lejn Malta. Kwart minn dawn huma Maltin li ġew lura jgħixu f’pajjiżna.
Skont l-NSO kien hemm żieda fiż-żwiġijiet, għal total ta’ 2,871. L-aktar xhur popolari għaż-żwiġijiet huma Mejju u Ġunju. Ammont konsiderevoli tal-koppji li żżewġu fl-2014 kellhom ‘il fuq minn 30 sena.
Fl-istess sena kienu reġistrati 662 separazzjoni u 399 divorzju. Kien hemm ukoll 77 każ ta’ annullament.
L-NSO jikkonferma liema huma l-lokalitajiet bl-akbar popolazzjoni. Fuq nett tibqa’ Birkirkara b’aktar minn 22,000 persuna. Wara Birkirkara tigi l-Mosta, imbghad San Pawl il-Bahar u Hal Qormi fir-raba’ post. Il-popolazzjoni ta’ Tas-Sliema tiġi fil-ħames post.
F’Għawdex, il-Belt Victoria għandha l-akbar popolazzjoni b’6,225.
Il-lokalita’ bl-iżgħar popolazzjoni hija l-Imdina b’233 resident.
Mill-istess statistika tal-NSO jirriżulta illi sa 15-il sena oħra Malta tilħaq il-popolazzjoni ta’ nofs miljun.
//= $special ?>