Internazzjonali

Strajk ieħor mill-kontrolluri tal-ajru Franċiżi

Il-kontrolluri tal-ajru fi Franza sejħu strajk ieħor għat-Tlieta u li hu mistenni joħloq problemi fl-ivvjaġġar bl-ajru peress li xi titjiriet se jitħassru.
Dan hu t-13-il strajk f’dawn l-aħħar 14-il ġimgħa.
Filwaqt li l-Air France qalet li se tkompli bit-titjiriet skedati, għalkemm se jkun hemm dewmien, il-linji low-cost mistennija jħassru xi titjiriet biex inaqqsu l-impatt fuq is-servizzi. Ir-Ryanair qalet li se tħassar 102 titjira fuq Franza u li se jaffettwaw 18,000 passiġġier, filwaqt li madwar 100,000 passiġġier se jkollhom dewmien fit-titjiriet tagħhom. Anki l-EasyJet mistennija tieħu pass simili għall-ġurnata tat-Tlieta.