Chris Evans mhux se jibqa’ jippreżenta x-show popolari tal-BBC ‘Top Gear’, wara sena biss fl-irwol, minħabba allegat diżgwid tal-ko-preżentatur Matt LeBlanc.
Hu mifhum li l-BBC issa qed tinnegozja mal-eks still tas-serje ‘F.R.I.E.N.D.S’, Matt LeBlanc, li kollox jindika li hu interessat li jibqa’ involut fis-serje għat-tieni sena konsekuttiva. Fil-ġimgħat li għaddew kien rappurtat li LeBlanc hedded li jitlaq mill-produzzjoni jekk Evans ma jitkeċċiex.
Fuq twitter, Chris Evans ħabbar li qed jirtira mix-show popolari li hu segwit minn mijiet ta’ eluf ta’ persuni. Iżda l-udjenzi naqsu bin-nofs minn mindu Evans beda jippreżenta x-show wara li l-preżentatur popolari Jeremy Clarkson telaq mill-produzzjoni wara li kellu xi jgħid ma’ membru tal-istaff tal-produzzjoni.
Fi żmien Clarckson, l-udjenzi ġieli laħħqu it-8 miljun persuna. Iżda l-aħħar episodju kellu udjenza ta’ 1.9 miljun persuna. It-tnaqqis fl-udjenzi setgħet wasslet għad-deċiżjoni biex Evans jitlaq mill-produzzjoni qabel jitkeċċa.
//= $special ?>