L-ispeaker Anglu Farrugia, talab lill-gazzetta tal-Partit Laburista Kullħadd biex tirtia kwotazzjoni falza attribwita lix-Shadow Minister Marthese Portelli.
Marthese Portelli kienet talbet lill-ispeaker biex jieħu azzjoni wara li l-‘Kullħadd’ qalet li Marthese Portelli kritikat il-ħatra ta’ Ruben Abela bħala Kap Eżekuttiv tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi.
L-artiklu allega li kien hemm nuqqas ta’ qbil bejn il-grupp Parlamentari Nazzjonalista għax filwaqt li kien hemm min faħħar lil Abela, Portelli kritikatu… madankollu dak kwotat kien intqal qabel il-Ministru Jose Herrera ħabbar il-ħatra ta’ Ruben Abela.
Fil-waqt li fid-diskors tagħha qabel il-ħatra ta’ Abela Marthese Portelli kienet wissiet dwar diskriminazzjoni politika fl-ERA fl-ebda ħin ma semmiet lil ħadd b’ismu. Għalhekk fir-ruling tiegħu l-ispeaker talab biex il-‘Kullħadd’tirtira dak li qalet fil-ħarġa li jmiss.
//= $special ?>