Ir-Rapport tal-Awditur Ġenerali dwar l-investigazzjoni tal-Fondi tal-2015 għall-Proġetti Kapitali mill-Kunsilli Lokali jikkundanna lill-Gvern ta’ Joseph Muscat għall-mod li bih amministra, b’referenzi ċari għad-dilettantiżmu, il-preferenzi, in-nuqqas ta’ trasparenza, il-ħabi u l-abbuż.
Dan qalu l-Partit Nazzjonalista fi stqarrija, f’isem ix-Shadow Minister Jason Azzopard u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni David Agius, li fakkar li din mhix l-ewwel darba li l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali ċanfar lill-Gvern ta’ Muscat għall-mod li bih qed imexxi.
Il-Partit Nazzjonalista fakkar fid-diversi drabi li l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali ċanfar lill-Gvern ta’ Muscat, fost oħrajn fl-investigazzjoni li saret dwar l-iskandlu tal-Cafe’ Premier, dwar l-iskandlu tal-indħil Ministerjali fix-xiri taż-żejt mill-Ażerbajġan, kif ukoll dwar l-iskandlu ta’ Gaffarena.
L-istil ta’ tmexxija ta’ Joseph Muscat imur kompletament kontra dak li wiegħed fil-kampanja elettorali u hu bbażat fuq korruzzjoni, ħabi u abbuż sfaċċat, temmet tgħid l-istqarrija.
//= $special ?>