Futbol Sport

L-ewwel konferenza stampa ta’ Josè Mourinho bħala manager ta’ Manchester United

Wara li kien żvelat bħala manager il-ġdid ta’ Manchester United ftit ġimgħat ilu, illum Josè Mourinho ta l-ewwel konferenza stampa tiegħu filwaqt li ġie preżentat b’mod uffiċjali.

Konferenza stampa tipika ta’ Mourinho b’diskors dirett filwaqt li n-naħa umoristika ma tonqos. Fil-mistoqsijiet tal-ġurnalisti, Mourinho wieġeb dwar diversi temi fosthom it-tluq ta’ Ryan Giggs, l-ambizzjonijiet tal-istaġun, is-suq tat-trasferimenti, il-kritika dwar il-plejers żgħażagħ kif ukoll il-pożizzjoni ta’ Wayne Rooney.

Mourinho qal li hu frustrat li mhux se jilgħab Champions League u jittama li klabb bħal Manchester United, jagħmel sena biss nieqes miċ-Champions League.

Dwar Giggs, Mourinho qal li Ryan Giggs wasal f’punt tal-karriera li jixtieq ikun manager. Il-Portugiż sostna li Giggs xtaq kariga waħda biex jibqa’ ma’ United, dik ta’ manager. Mourinho qal li kemm il-darba Giggs ikun jirritorna sakemm hu jkun għadu manager, il-Portugiż se jkun qed jagħtu l-parir biex jiġi jekk il-klabb jitlob għal parir tiegħu.

Il-manager ta’ United qal li fil-bidu kellu erba’ miri ta’ plejers f’moħħu, u jonqsu wieħed fejn żgur mhux se jħalli sal-31 ta’ Awwissu biex jagħlaq is-suq tat-trasferimenti. Mourinho wieġeb ukoll dwar il-kritika li ma jagħtix ċans liż-żgħażagħ fejn wieġeb li hu kemm ilu kowċ ta’ spazju lil 49 plejer żagħżugħ biex jilgħab.

Mistoqsi wkoll dwar Wayne Rooney, Mourinho qal li għalih Rooney mhux plejer li jilgħab f’nofs il-grawnd, fejn minn kliemu jidher li jista’ jkun qed jilgħab wara l-attakant prinċipali.