Lokali Turiżmu

L-inżul b’ajruplan fl-ajruport ta’ Malta “l-isbaħ fid-dinja” – rivista Amerikana

L-inżul b’ajruplan fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kien klassifikat bħala l-isbaħ inżul fid-dinja, skont ir-rivista ‘Robb Report’.

Il-lista tinkludi għaxar arjuporti li huma meqjusa li għandhom l-isbaħ inżul fid-dinja. Fost dawn hemm l-ajruport f’Londra, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Los Angeles, żewġ ajruporti fil-Karibew, l-Ajruport Bily Bishop ta’ Toronto, u l-Ajruport f’Cote D’Azure fi Franza.

“Jekk trid tgawdi l-veduti tal-isbaħ inżul fid-dinja waqt li tpoġġi f’siġġu fl-‘aisle’, vjaġġa b’jet privat” jgħid l-Artiklu. ‘Robb Report’ hija rivista Amerikana li tispeċjalizza f’bejgħ ta’ propjetà u prodotti lussużi.

robb report mia