Hekk kif qed issir investigazzjoni dwar il-mewt ta’ xufier ta’ karozza ‘Tesla’ fl-Amerika, jista’ jkun il-każ li x-xufier kien qed jara wieħed mill-films fis-sensiela ‘Harry Potter’ waqt li l-karozza kienet qed tinstaq bl-‘autopilot’.
Il-ħabta tal-karozza ma’ trakk seħħet f’Mejju li għadda fi Florida, meta x-xufier, raġel ta’ 40 sena, kien qed isuq karozza tad-ditta ‘Tesla’ bl-autopilot. Hu kien qed isuq f’waħda mill-highways meta l-karozza ħabtet ma’ trakk.
L-inċident fatali wassal għal numru ta’ investigazzjonijiet u kellu konsegwenzi diżastrużi għall-kumpanija ‘Tesla’ li tispeċjalizza f’karozzi lussużi, uħud minnhom bil-kapaċità li jinstaqu bl-‘autopilot’.
Skont l-aħħar aħbarijiet dwar dan l-inċident, ix-xufier tat-trakk li kien involut fl-inċident qal li x-xufier tal-karozza kien qed jara film ta’ Harry Potter fuq l-iskrin tal-karozza meta seħħ l-inċident. Il-film baqa’ għaddej saħansitra wara l-kolliżjoni mat-trakk.
//= $special ?>