L-aġenzija tal-ispazju Amerikana NASA rnexxielha ttella’ satellita ġdida fl-orbita tal-pjaneta Jupiter. Il-konferma li l-manuvra rnexxiet intlaqgħet b’ferħ kbir fost l-istaff tal-Jet Propulsion Laboratory tan-NASA, ġo Pasadena, f’Kalifornja.
Is-satellita Juno, li telqet mid-dinja ħames snin ilu, kellha twettaq manuvra delikata biex tnaqqas il-veloċità hi u tavviċina Jupiter u fejn, minn dak il-ħin, setgħet timxi mal-gravità tal-pjaneta. Imbagħad, intbagħtet sekwenza ta’ trasmissjonijiet mis-satellita li kkonfermaw is-suċċess tal-proċedura speċifika, magħrufa bħala braking manouevre.
Ix-xjenzati qed jaħsbu biex jużaw is-satellita ħalli jiżviluppaw idea aktar ċara ‘dwar il-fond tal-Pjaneta Jupiter’. Hemm il-ħsieb li l-istruttura u l-kimika tal-pjaneta, ’il quddiem, jindikaw kif kienet iffurmata Jupiter daqs erba’ biljun u nofs sena ilu.
//= $special ?>