Wara ħafna xhur ta’ laqgħat, diskussjoni u spekulazzjoni, issa hi uffiċjali li l-Kampjonat BOV Premier se jintlagħab b’14-il tim mill-istaġun 2017/2018. Dan wara l-Laqgħa Ġenerali Straordinarja li nżammet fis-Centenary Hall ftit tal-minuti ilu.
Fost l-emendi li kien hemm, il-Kampjonati mill-istaġun 2017/2018, il-Kampjonat Premier se jkun b’14-il tim, L-Ewwel Diviżjoni b’14-il tim, it-Tieni Diviżjoni bi 13-il tim u t-Tielet Diviżjoni bi 12-il tim. Ukoll mill-istaġun li ġej wara ħafna snin se titneħħa s-sistema li jinqasmu l-punti.
Il-vot għadda b’71 vot favur, 0 kontra u b’astensjoni waħda.
Ukoll ġie propost li fl-istaġun li ġej jkun hemm żewġ timijiet relegati mill-Kampjonat Premier u erba’ timijiet promossi mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Iżda s-Segretarju tal-Premier League Standing Committee Mario Debono propona li fl-istaġun li ġej li jkun hemm tim wieħed relegat mill-kampjonat Premier u tlieta promossi mill-Ewwel Diviżjoni. Barra minn hekk ikun hemm play-out bejn min jispiċċa t-tieni mill-aħħar mill-Premier kontra min jiġi r-raba’ mill-Ewwel Diviżjoni.
Il-proposta kellha bżonn iż-żewġ terzi u għaddiet b’60 vot favur, 6 astensjonijiet u 2 kontra.
Aktar aġġornament dalwaqt…….
//= $special ?>