Futbol Sport

UFFIĊJALI: Titneħħa l-proposta tal-play-offs fil-Kampjonat Premier

Wara li għaddew diversi emendi, kien imiss biex jiġi vvutat il-proposta biex ikun hemm il-play-offs. Mario Debono f’isem il-Premier League Standing Committee propona li taqa’ l-proposta tal-play-offs li t-tielet jilgħab mas-sitt post u r-raba’ jilgħab mal-ħames, kif ukoll fin-naħa ta’ isfel li d-disa’ jilgħab mat-12 u l-10 jilgħab mal-11.

Tkellem fosthom il-President ta’ Birkirkara Adrian Delia fejn qal li min jivvota favur il-proposta li jitneħħew il-play-offs ikun qed jgħin lill-klabbs tal-Premier biex ikunu jistgħu jippjanaw finanzjarjament.

Il-proposta marret għal vot u għaddiet bi 48 favur, 3 kontra u 11-il astensjoni.