Anniversarju importanti għall-Kumitat Sezzjonali tal-Partit Nazzjonalista fil-Fgura, hekk kif il-Każin iċċelebra 25 sena mill-ftuħ tiegħu. Għal din l-okkażjoni unika fil-Fgura, attenda l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li kien milquh minn folla numeruża flimkien ma’ numru ta’ Deputati.
Fid-diskors tiegħu għal din l-okkażjoni, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista stqarr li f’25 sena, ix-xena politika Maltija saret differenza politika kbira, u din id-differenza kienet possibli b’ħidma ffukata partikolarment fuq il-lokalita’.
Simon Busuttil stqarr ukoll, li l-Kumitati Sezzjonali se jkollhom irwol importanti fl-Elezzjoni Ġenerali li jmiss, u li kull individwu se jkun ta’ kontribut importanti għal Partit Nazzjonalista, u għal Malta.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, temm id-diskors tiegħu billi rringrazzja lil dawk kollha li taw il-kontribut tagħhom f’dan il-lokal matul iż-żminijiet, partikolarment lil Presidenti tal-każin.
//= $special ?>