Internazzjonali

Blair imċanfar għall-invażjoni tal-Iraq

epa05410190 Sir John Chilcot presents The Iraq Inquiry Report at the Queen Elizabeth II Centre in Westminster in London, Britain, 06 July 2016. The Chilcot Inquiry, chaired by Sir John Chilcot, examines the circumstances surrounding the British Governments involvement in the 2003 Iraq War. EPA/JEFF J MITCHELL / POOL

Wara investigazzjoni li ilha sejra seba’ snin, inħareġ dak magħruf bħala c-Chilcot Report dwar l-invażjoni tal-Iraq fl-2003.
Rapport li ċanfar lill-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien, Tony Blair, talli daħal f’din il-gwerra b’mod inadegwat u fuq informazzjonijiet u pariri legali żbaljati.
Iżda minkejja li Blair kien ikkritikat għal diversi affarijiet, ma ntqalx jekk Blair u l-Kabinett tiegħu kinux kisru l-liġi internazzjonali bl-aġir tagħhom.
Blair wieġeb li hu kien ħa d-deċiżjoni biex jidħol f’dik il-gwerra konvint li dak li kien qed jagħmel kien tajjeb. Hu għadu jemmen li kien aħjar li Saddam Hussien jitneħħa minn postu u ma jemminx li t-terroriżmu li hawn illum hu kkawżat minn dak il-pass li ttieħed flimkien mal-Istati Uniti biex jinvadu l-Iraq.
Blair, l-uniku Prim Ministru Laburista li rebaħ tliet elezzjonijiet konsekuttivi, dam imexxi għal għaxar snin sakemm fl-2007 irriżenja. Filwaqt li kien popolari fi żmienu, id-deċiżjoni li jinvadi l-Iraq kienet tebgħa fuq il-karriera tiegħu u l-qraba ta’ dawk li nqatlu u ndarbu f’dik il-gwerra spiss jkkritikawh. B’kollox, 179 suldat Ingliż tilfu ħajjithom f’dik il-gwerra.

Agħfas il-link għal aċċess għar-rapport