Hillary Clinton kompliet tkabbar id-distakk tagħha fuq l-avversarju Repubblikan tagħha Donald Trump għal 13-il punt perċentwali skont stħarriġ tar-Reuters/Ipsos.
Dan hekk kif il-FBI ħelsu lil Clinton minn kull akkuża ta’ aġir ħażin fil-każ tal-kont privat tagħha tal-email waqt li kienet Segretarju tal-Istat u Trump kompla bl-istqarrijiet kontroversjali tiegħu bl-aħħar tkun tifħir għal Saddam Hussein talli kien joqtol it-terroristi.
Fl-aħħar stħarriġ li kien sar mir-Reuters/Ipsos, hi kellha distakk ta’ disa’ punti perċentwali fuq Trump.
Dan l-aħħar stħarriġ wera li 46 fil-mija ta’ dawk li qalu li aktarx jivvutaw fl-elezzjoni ta’ Novembru, kienu se jivvutaw għal Clinton filwaqt li 33 fil-mija qalu li kienu jappoġġjaw lil Trump. Kien hemm imbagħad 22 fil-mija li qalu li ma kienu se jappoġġjaw lil ebda kandidat fl-elezzjoni tat-8 ta’ Novembru.
Clinton tkabbar id-distakk fuq Trump
