Il-mossa tal-Gvern li jpoġġi l-Imrieħel bħala zona dedikata għal high rise buildings ittieħdet mill-Gvern bil-moħbi. Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-għaqda ambjentali Din l-Art Ħelwa.
Id-deċiżjoni jidher li inbidlet wara li kien intemm perijodu ta’ konsultazzjoni. Fil-fatt, iz-zona tal-Imrieħel qatt ma kienet inkluża fl-abbozz ippubblikat fl-2014, u żdiedet biss meta kien hemm l-approvazzjoni mill-Ministru.
L-NGOs Din l-Art Helwa, Flimkien għal Ambjent Ahjar u Friends of the Earth Malta qed jagħmel pressjoni fuq il-Prim Ministru sabiex jispjega l-passi li waslu għal din id-deċiżjoni li ttieħdet minn wara dahar kulħadd, u bla ebda konsultazzjoni.
Agħar minn hekk, l-Awtorita’ tal-Ippjanar qed tmexxi b’din l-applikazzjoni għal bini ta’ numru ta’ torrijiet fl-Imrieħel minkejja li l-masterplan taz-zona għadu ma ġiex konkluż. L-għaqdiet ambjentali qed jinsistu li qabel isir dan l-iżvilupp massiv (ara r-ritratt) għandu jiġi imfassal l-masterplan komplut għall-Imrieħel.
//= $special ?>