Hemm għadab fl-Iżvezja wara li ħames nisa kienu stuprati waqt l-ikbar festival tal-mużika fl-Iżvezja. Dan fl-istess tmiem il-ġimgħa li grupp ta’ żgħażagħ barranin ħebbew sesswalment għal 35 tfajla, fosthom anki tifla ta’ 12-il sena, waqt kunċert ieħor, dak ta’ ‘Party in the Park’ f’ Karlstad.
Il-każi ta’ stupru seħħew waqt il-festival tal-mużika ta’ Bråvalla filwaqt li oħrajn ilmentaw mal-Pulizija li rġiel barranin ġibdulhom filmat meta marru fit-toilets.
Apparti f’Kologne fil-Ġermanja fl-Ewwel tas-Sena, anki fl-Iżvezja kien hemm rapporti ta’ diversi każi ta’ abbuż sesswali ta’ nisa minn irġiel barranin waqt iċ-ċelebrazzjonijiet.
Thomas Agnevik, il-kelliem tal-Pulizija Żvediża qal li grupp ta’ rġiel ta’ età bejn il-15 u l-25 sena kienu arrestati imma hu rrifjuta jgħid x’nazzjonalità kienu.
Għadab wara mewġa ta’ każi ta’ abbuż sesswali waqt kunċerti fl-Iżvezja
