Bħala parti mill-proposti tagħha lill-Gvern għall-baġit li jmiss, il-Malta Developers Association qed tipproponi skema għas-second time buyer. Jiġifieri skema għal min ikun se jixtri t-tieni propjeta’ tiegħu. Iżda dettalji dwar kif l-iskema tista taħdem ma ngħatawx.
Dan ħareġ waqt laqgħa li l-MDA kellha mal-Prim Ministru Joseph Muscat f’ Kastilja.
Il-President tal-MDA, Sandro Chetcuti qal li bħala assoċjazzjoni tal-iżviluppaturi Maltin huma dejjem ħadmu fl-interess nazzjonali.
Chetcuti qal wkoll li bħala assoċjazzjoni jħossu xogħol fis-settur privat kompla jiżdied dan filwaqt li sostna li l-Malta Developers Association tul dawn l-aħħar snin irnexxiela tikseb rispett u kredibilita’.
Minn naħa tiegħu l-Prim Ministru qal li l-baġit għas-sena d-dieħla żgur li mhux se jkollu sorpriżi imma li jkun hemm kontinwita’ biex ikompli jinċentiva, persuni u entitajiet, bħall-Malta Developers Association.
Il-Prim Ministru qal wkoll li l-Gvern qed jaħdem fuq master plan għaż-żona ta’ Paceville li mistenni jgħin lill-iżviluppaturi u l-investituri jkunu jafu fejn qegħdin mal-gvern preżenti
//= $special ?>