Imħajjar tixtri dar f’Birkirkara u l-qliegħ kollu jmur għall-Puttinu Cares?
Il-qalb ġeneruża tal-Maltin minn dejjem kienet waħda mill-karatteristiċi li tiddistingwixxina minn popli oħra. Dan huwa wkoll evidenti mis-sommom kbar ta’ flus li jinġabru waqt il-Maratoni ta’ ġbir ta’ fondi matul is-sena. Madanakollu, għalkemm il-maratoni ta’ din is-sena reġgħu kienu ta’ suċċess, il-fondi miġbura qatt mhuma biżżejjed biex ilaħħqu mad-domanda li dejjem tibqa’ tikber.
Fortunatament għal Puttinu Cares, ftit tal-ġranet ilu rċievew l-aħbar li familja Maltija ħalliet dar f’Birkirkara lil din l-organizzazzjoni. Filfatt, ix-xewqa tal-familja hi li l-qliegħ kollu li jsir mill-bejgħ ta’ din id-dar jiżdied mal-bqija tal-fondi ta’ Puttinu Cares sabiex jitkompla l-proġett ta’ bini ta’ residenzi f’Londra għall-Maltin li jitilgħu għall-kura.
Fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Puttinu Cares qed isir appell biex min hu interessat li jixtri din il-propjetà jibgħat imejl lil Puttinu Cares stess fuq info@puttinucares.org.
Xerred dan l-artiklu biex din id-dar ikollha sid ġdid u dak is-sid ikompli jgħin lil Puttinu Cares.
//= $special ?>