Lokali

“Jekk nirriżenja nagħmel ħsara lill-Bank Ċentrali”

“Inkun qed nagħmel ħsara lill-Bank Ċentrali jekk inwarrab mill-kariga li għandi”. Hekk stqarr id-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta Alfred Mifsud f’artiklu li kiteb illum fit-Times, bit-titlu Organisation bigger than individual.

Alfred Mifsud stqarr illi jekk jirriżenja minn din il-kariga, għandha tkun biss deċiżjoni tiegħu u mhux minħabba pressjoni esterna.

Skont Alfred Mifsud, il-liġi ma tippermettilux li jwarrab mill-kariga ta’ Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali.

Ftit tal-jiem ilu, il-Korp tal-Pulizija kkonferma mal-gazzetta Il-Mument li qiegħed jistħarreġ l-allegat każ ta’ tixħim ta’ eluf ta’ liri li jinvolvi direttament lil Alfred Mifsud. Kelliem għall-Kummissarju tal-Pulizija fi tweġiba xotta kien qal illi “il-Pulizija qiegħda tagħmel l-istħarriġ tagħha dwar dan il-każ.”

Din hija t-tieni investigazzjoni separata li qiegħda ssir dwar dawn l-allegazzjonijiet hekk kif aktar stħarriġ qiegħed isir mill-Ministeru tal-Finanzi.