Lokali

Jitħabbru ir-rebbieħa ta’ ‘L-Aħjar Omm’ u ‘L-Aħjar Missier’

Ir-rebbieħa tal-premijiet għal ‘L-Aħjar Omm’ u ‘L-Aħjar Missier’ ġew imħabbra waqt tnehida tal- ‘Malta Baby & Kids Directory 2016’ fil-Malta National Aquarium, Qawra.

Il-kampanja biex jintgħażlu l-Aħjar Ommu u l-Aħjar Missier bdiet f’Marzu tas-sena 2015. Il-pubbliku kien mistieden jinnomina lil xi ħadd tal-familja jew ħabib li jħss li ħaqqhom dan il-premju. Wara, minn dawn in-nominazzjonijiet ġew magħżula 6 finalisti.

Waqt l-istess attivita’, Dante Pace, ta’ 4 snin rebaħ l-isbaħ tpenġija tat-tfal għall-faċċata tal-10 edizzjoni tal-Malta Baby & Kids Directory. Taya Pace ġiet fit-tieni post.