Stephen Brumby, tfajjel ta’ 14-il sena inqatel bi żball b’tir ta’ arma tan-nar minn missieru stess. L-inċident seħħ nhar il-Ħadd li għadda waqt li kienu qed jisparaw flimkien mal-familja tagħhom f’shooting range fi Florida.
William Clayton Brumby, missier Stephen, kien qiegħed jgħallem lit-tfal tiegħu kif jisparaw u kif jistgħu jiproteġu lill-familja tagħhom f’każ ta’ bżonn. Filfatt hu kien jieħu lil uliedu darba jew darbtejn fix-xahar ix-shooting range sabiex iħarriġhom. Madanakollu dakinhar ġara xi ħaġa li qatt ma kien qed jistenna, hu u jiġbed il-grillu tal-arma ma żammx sew l-arma u bi żball spara fuq ibnu li tilef ħajtu b’konsegwenza ta’ dan.
Wara l-inċident, il-missier tkellem mal-midja u qal li fid-dar tagħhom dejjem żammew armi tan-nar u b’hekk kienu jgħallmu lil uliedhom minn ta’ età żgħira kif għandhom jieħdu ħsieb arma tan-nar biex la jweġġgħu huma u lanqas iweġġgħu lil ħaddieħor. Hu refa’ r-responsabbilità tal-mewta t’ibnu u qal li dan l-inċident għandu jkun ta’ tagħlima għall-ġenituri oħra li għalkemm xi drabi tipprova tagħmel xi ħaġa għall-ġid ta’ wliedhom kollox jista’ jmur ħażin.
//= $special ?>