L-40 edizzjoni tal-festival “L-Għanja tal-Poplu” ser tibda għada l-Ħamis 7 ta’ Lulju u tkompli s-Sibt 9 ta’ Lulju 2016 fi Pjazza Teatru Rjal il-Belt.
Fis-serata tal-Ħamis se jiġu nterpretati 18-il kanzunetta filwaqt li fis-serata tas-Sibt se jiġu nterpretati 12-il kanzunetta.
Biljetti jinsabu għall-bejgħ minn www.kreattivita.org jew mill-Kavallier ta’ San Ġakbu għall-prezz ta’ €8 għas-serata tal-Ħamis; €12-il ewro għas-serata tas-Sibt jew €15 għaż-żewġ serati.
Din is-sena “L-Għanja Tal-Poplu – Festival Tal-Kanzunetta Maltija” qed ikun organizzat mill-Kumitat “L-Għanja tal-Poplu”, l-Kunsill Malti għall-Arti, Fondazzjoni Kreattivita’ u l-PBS.
//= $special ?>