Iż-żewġ piloti Taljani, li ftit tal-jiem ilu għamlu nżul ta’ emerġenza bl-ajruplan żgħir tagħhom ‘il barra mill-Bajja tax-Xlendi, ingħataw il-ħelsien mill-arrest u lbieraħ irritornaw lura Sqallija.
It-Taljani huma Giorgio Binotti, ta’ 54 sena, u Giovanni Avallone, ta’ 60 sena. L-ajruplan tagħhom iġġarraf fil-baħar fil-21 ta’ Ġunju, b’ħafna jistaqsu x’kienet ir-raġuni li kienu qed jittajjru fl-ispazju tal-ajru Malti.
Huma ngħataw il-ħelsien mill-arrest fuq il-kundizzjoni li jerġgħu jiġu Malta kemm-il darba jissejħu mill-Pulizija bħala parti mill-proċess ta’ investigazzjoni, li għadu għaddej.
//= $special ?>