L-istilla ta’ Barcelona Lionel Messi ngħata sentenza ta’ 21 xahar ħabs wara li l-Qorti f’Barċellona sabitu ħati fuq tliet każi ta’ frodi tat-taxxa.
Il-Qorti tat sentenza ta’ 21 xahar priġunerija wkoll lil missier Messi, Jorge, għall-istess akkużi.
Madankollu, il-Liġi Spanjola tgħid li sentenza taħt sentejn tista’ tiġi skontata taħt ‘probation’ u għalhekk ifisser li hu improbabbli li Messi u missieru jmorru l-ħabs.
L-istilla Arġentina u missieru kienu akkużati li ffrodaw lill-awtoritajiet Spanjoli aktar minn €4 miljun b’kumpaniji ‘offshore’ fil-Belize u l-Urugwaj biex jaħbu d-dħul.
Il-Prosekutur talab għal sentenza ta’ 22 xahar għaż-żewġ persuni. Min-naħa tagħhom, l-Avukati tal-plejer argumentaw li tul il-każ ma kellux x’jaqsam mal-affarijiet ta’ taxxa u ma kienx jaf bihom.
Il-Qorti ordnat lil Messi jħallas multa ta’ madwar €2 miljun, filwaqt li missieru ġie ordnat iħallas €1.5 miljun.
//= $special ?>